L-għaqda tal-istudenti soċjal demokratiċi Pulse fetħet l-operat tagħha f’istitutzzjoni post-sekondarja oħra din id-darba fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi.
L-ITS se tkun il-ħames istituzzjoni li fiha l-Pulse hija rappreżentata. Dan hekk kif l-għaqda hija wkoll mifruxa fl-Universita, il-Junior College, l-MCAST u Sir M.A. Refalo.
Aktar dwar x’ħa tkun qed tagħmel din l-għaqda studenteska fl-ITS, one.com.mt tkellem mal-President tal-Pulse Wayne Sammut.
Huwa qalilna kif l-għaqda qed taħdem biex dawk l-istudenti li jkunu involuti fl-attiviżmu studentesk jibdew jiġu jirċievu forma ta’ akkreditazzjoni.
“Wasal iż-żmien, li bħala għaqdiet studenteski nibdew naħdmu bis-serjetà biex ix-xogħol li jagħmlu l-membri attivi fi ħdan l-għaqdiet studenteski jibda jiġi rrispettat aktar. Dan jirrikjedi għadd ta’ ħin li forsi s-soċjetà mhiex konxja tagħha” temm jgħid Wayne Sammut.