L-għaqda studenteska Pulse nediet il-kampanja ‘Leħen l-Istudent’.
Din il-kampanja se tkun qed toħloq diversi dibattiti u diskussjonijiet bil-għan li leħen l-istudent ikun mismugħ.
Fil-fatt, il-Pulse qalet li hi se tkun qed tilqa’ l-ħsibijiet tal-istudenti jew xi suġġerimenti biex titjieb il-ħajja studenteska.
Il-Pulse stqarret ukoll li se tkun qed tgħaqqad din il-kampanja mal-inizjattiva tal-Kabinett li jitwaqqaf Youth Advisory Forum fejn rappreżentant tal-għaqda mistenni li jkun qiegħed isemma’ leħen iż-żgħażagħ f’dan il-Forum.