Il-Pulizija Franċiża żarmat kamp tal-migranti f’Pariġi wara li tul il-lejl li għadda qamet tensjoni ma’ immigranti u attivisti fil-post.
Filmati li xxandru fuq il-midja internazzjonali juru persuni jinħarġu minn kampjiet żgħar fil-qalba ta’ Pariġi.
L-istess migranti issa qed jallegaw li tħallew bla saqaf fuq rashom. Jidher ukoll li malli numru ta’ dimostanti ngħaqdu mal-migranti u bdew isejħu għal akkomodazzjoni ġusta għal kulħadd, il-Pulizija użat il-gass tad-dmugħ biex tikkontrolla s-sitwazzjoni.