Il-pulizija qed iżżomm persuna b’rabta mal-qtil tal-Marsa lbieraħ wara li ssoktat bl-istħarriġ tagħha. Stħarriġ li nfirex ma’ toroq oħra fl-istess raħal tant li kien fi triq oħra li nstabu affarijiet li jidher li huma marbuta mal-qtil.
Imkejjen qrib l-investigazzjoni kkonfermaw li l-pulizija qed timxi fuq it-teżi li min spara ma kienx fl-istess karozza u l-isparatura saret f’post fil-viċin, filwaqt li l-pulizija temmen li fil-karozza li fiha kien il-vittma kien hemm minn tal-inqas tliet persuni.