Il-Pulizija kienet diġà bdiet tinvestiga ix-xiri ta’ windfarm mill-Montenegro mill-Enemalta qabel ma bdew ifeġġu rapporti fil-midja dwar is-suġġett.
Fi stqarrija l-Pulizija kkonfermat ukoll li dan kollu qed isir b’kollaborazzjoni mal-Europol u bl-assistenza ta’ entitajiet kompetenti oħra.
Sigħat ilu, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-awtoritajiet responsabbli mill-investigazzjonijiet f’pajjiżna għandhom jiżġuraw li ssir ġustizzja sħiħa.
Huwa kompla jgħid li l-Pulizija għandha r-riżorsi kollha disponibbli għaliha biex twettaq id-doveri tagħha.
Il-Prim Ministru Abela temm jgħid li jekk l-investigazzjoni twassal għal responsabbilità kriminali min-naħa ta’ xi ħadd, ikun mistenni li dan jitressaq quddiem il-ġustizzja, hu min hu.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/06/19/bil-filmat-il-pm-jghid-li-l-pulizija-ghandha-tinvestiga-kull-min-ghandu-konnessjoni-mal-allegazzjonijiet-1/