Jidħol ftehim fis-seħħ bejn il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, l-Ufficcju tal-Prim Ministru, l-Pulizija u l-Armata li, għall-ewwel darba qed jara karigi għolja fit-tmexxija tal-Pulizija u l-Armata b’titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, li jitqabblu ma’ dawk rispettivi fis-servizz pubbliku.
Grazzi għal dan il-ftehim, minn Assistent Kummissarju ‘l fuq fil-Korp tal-Pulizija u dak ta’ Logutenent Kurunell ‘il fuq fil-Forzi Armati ser jibdew ikunu qed igawdu mill-istess pakkett finanzjarju li għandhom il-karigi rispettivi fis-servizz pubbliku.
B’hekk kompliet titneħħa l-anomaliji, li kienet wegħda elettorali tal-Gvern fir-rigward tal-Korpi Dixxiplinati, din id-darba meta mqabbla ma’ gradi rispettivi fis-servizz pubbliku.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela irrimarka li l-Gvern jagħraf bil-fatti, ir-responsabbilta’ li jġib miegħu rwol fit-tmexxija ta’ Korp Dixxiplinat f’dinja moderna bi sfidi kumplessi. Żied jgħid li l-Gvern jistenna minnhom li jkunu l-katalisti tal-bidla, f’linja mal-programm ta’ immodernizzar. Dan filwaqt li juru ħiliet ta’ tmexxija b’saħħitha u jservu għal membri ta’ taħthom bħala “role models” għal servizz b’effiċjenza lil pubbliku.
Il-Ministru Abela saħaq li dan it-titjib fil-pakkett finanzjaru, huwa ħolqa oħra minn kullana ta’ miżuri imwettqa għal titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-Korpi Dixxiplinati.
Il-Ministru Abela temm billi qal li bħalissa l-Ministeru għall-Intern għaddej b’diversi diskussjonijiet inkluż mal-imsieħba ikkonċernati immirati sabiex fix-xhur li ġejjin aktar miżuri favur il-ħaddiema jkomplu jidħlu fis-seħħ.exxija tal-Pulizija u l-Armata tingħata kundizzjonijiet ugwali daqs dawk rispettivi fis-servizz pubbliku.