Mijiet ta’ persuni dalgħodu bdew jilmentaw onlajn dwar kif bdew jirċievu telefonati minn numri minn diversi pajjiżi barra minn Malta
Fi twissija fuq il-paġna tal-Facebook, il-Pulizija sostnew li persuni li jirċievu dawn it-telefonati għandhom ma jirrisponduhomx, dan hekk kif dawn it-telefonati m’huma xejn ħlief ‘scam’.
Kienu diversi persuni li kkummentaw taħt il-messaġġ tal-Pulizija, fejn sostnew li fost il-pajjiżi li rċevew telefonati kienu ġejjin mit-Tanzania, Liberia u kif ukoll mis-Samoa.