Mara ta’ erbgħa u ħamsin sena u raġel qed jiġu mitkellma mill-Pulizija wara li għall-ħabta tal-kwarta tal-Ħadd filgħodu nqabdu jagħmlu atti sesswali f’post pubbliku li jinsab fi Triq Giuseppe Cali, Ta’ Xbiex.
Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li aktar qabel, fi Triq ix-Xatt, lemħet lill-istess mara twaqqaf vetturi u persuni, u eventwalment ir-raġel waqaf ikellimha, ħareġ xi flus mill-kartiera, u telqu mill-post flimkien.
Waqt din l-ispezzjoni l-Pulizija nnutat ukoll żewġ nisa ta’ disgħa u għoxrin u wieħed u erbgħin sena rispettivament li kienu qed jitlajjaw għall-prostituzzjoni. Huma ġew arrestati u ttieħdu fid-Depot tal-Pulizijagħal aktar investigazzjoni.