Tkompli t-tensjoni fil-kapitali Franċiża hekk kif il-poplu qed jipprotesta għat-tielet ġimgħa konsekuttiva dwar iż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil. Il-Pulizija sparaw il-gass tad-dmugħ fuq il-folla s-Sibt filgħodu, u minn tal-anqas 39 persuna spiċċaw arrestati.
Il-President Emmanual Macron qed iżomm sod fid-dawl ta’ dan kollu, u qed jinsisti li dan huwa parti mill-istrateġija ta’ Franza biex il-pajjiż jiġġieled it-tibdil fil-klima.