Daħlu fit-tieni jum tagħhom il-protesti f’Hong Kong b’battibekki bejn il-Pulizija u dimostranti favur id-demokrazija; bid-dimostranti jinsabu urtati dwar allegata vjolenza min-naħa tal-Pulizija.
Il-Pulizija sparat il-gass tad-dmugħ lejn id-dimostranti biex jaslu ħdejn l-uffiċċju tal-Gvern Ċiniż.
Għexieren ta’ eluf ta’ dimostranti ħarġu fit-toroq f’Hong Kong tul dawn l-aħħar tmien ġimgħat.