Persuna li għadha ma ġietx identifikata mill-Pulizija tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttellet mill-baħar viċin Exiles f’Tas-Sliema. Il-persuna ntlemħet f’wiċċ il-baħar fit-2:45pm tal-Ħadd, u l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru mal-ewwel fuq il-post biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-vittma.
Aktar tard kien ikkonfermat li l-persuna tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr. C. Galea LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta
li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.