B’kollox il-Pulizija rċeviet aktar minn 200 tpenġija.
Min-naħa tagħhom uffiċjali tal-Pulizija bdew iqassmu ċertifikati ffirmati mill-Aġent Kummissarju sabiex juru l-apprezzament tagħhom.
S’issa rnexxielhom iqassmu madwar 100 ċertifikat.
Fuq il-midja soċjali l-Pulizija stqarret li dawn it-tpenġijiet ħolqu tbissima fuq fomm bosta uffiċjali tagħha, dan hekk kif bħalissa l-impenji tal-Pulizija żdiedu minħabba l-imxija tal-Cononavirus.