Persuna nqatlet u numru ta’ persuni oħra ndarbu wara attakk b’sikkina li seħħ f’Villejuif, 8 kilometri ‘l barra minn Pariġi fi Franza.
Rapporti fil-mezzi tax-xandir internazzjonali qalu li l-allegat aggressur inqatel mill-pulizija wara li hu mifhum li ta daqqiet ta’ sikkina lil 4 persuni.
Żewġ persuni li qalgħu d-daqqiet ta’ sikkina huma midruba serjament hekk kif il-pulizija qed tinvestiga u qed tara x’kien il-mottiv.
L-investigaturi Franċiżi ta’ kontra t-terroriżmu qalu li qed isaqsu numru ta’ mistoqsijiet lil nies li nzertaw fuq il-post fil-ħin tal-attakk li seħħ il-Ġimgħa wara nofsinhar.
Ritratt: Getty Images