Aktar kmieni llum waqt proċess ta’ screening fit-terminal tal-Gozo Channel, raġel ta’ nazzjonalità barranija nstab li kellu d-deni. Minkejja li l-persuna ġie mitlub sabiex ma jitlax fuq il-vapur, il-persuna tela’ xorta waħda.
Dan wassal sabiex il-persuna kellha titniżżel minn fuq il-vapur tal-Gozo Channel wara li ssejħet l-assistenza tal-Pulizija.
Stqarrija tal-Ministeru għall-Intern qalet li unit apposta bdiet il-fumigazzjoni u diżinfettar tat-terminal tal-passiġiera, tal-vapur tal-Gozo Channel u tal-karozzi li kienu laħqu telgħu abbord.
Il-persuna inkwistjoni ttieħdet f’ambulanza ftit tal-mumenti ilu sabiex tiġi ttestjata.
Il-Gvern fakkar li mhux se jkun qiegħed jittollera li jkun hemm min jisfida l-liġi u l-istruzzjonijiet li jingħataw. B’hekk biss tkun issalvagwardjata s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.
Il-Gvern ifakkar li mhux se jkun qiegħed jittollera li jkun hemm min jisfida l-liġi u l-istruzzjonijiet li jingħataw. B’hekk biss tkun issalvagwardjata s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.