Il-Korp tal-Pulizija fetaħ paġna ġdida fuq Facebook bl-isem ta’ ‘Lost & Found Hub’ fejn qed jgħaddi tagħrif lill-pubbliku dwar affarijiet li jkunu mitlufin bil-għan li jiġu rritornati lis-sidien tagħhom.
Fuq il-paġna wieħed ukoll isib numru ta’ kuntatt flimkien man-numru ta’ referenza għal kull oġġett li jiġi rrapportat lill-Pulizija bħala mitluf u anke l-għassa speċifika fejn l-oġġet ikun qed jinżamm.
Ta’ min wieħed ifakkar ukoll li kull individwu li jsib kwalunkwe oġġett li jkun mitluf, huwa obbligat
bil-liġi li jieħdu għand il-pulizija fi żmien 3 ijiem.
Wieħed jista’ jaċċessa l-paġna permezz ta’ https://www.facebook.com/maltapolicelostfoundhub