Huwa diffiċli ħafna li Andrew Mangion, is-suspettat bil-qtil ta’ Eleanor Mangion Walker, jitressaq il-Qorti llum. Dan hekk kif qed tissokta l-investigazzjoni tal-pulizija. Għalkemm kollox jindika li l-pulizija diġà għandha każ b’saħħtu kontra r-raġel li kien għaddej b’separazzjoni minn mal-vittma għad hemm proċeduri li jridu jsiru biex il-pulizija tkun ċerta li l-każ ippreżentat quddiem il-qorti huwa wieħed b’saħħtu. Dan anke għaliex għalkemm is-sejba tal-katavru saret il-Ħadd, l-allegat qattiel ta ruħu b’idejh nhar it-Tlieta u ttieħed b’mod immedjat għall-kura fl-Isptar Monte Karmeli.