Jiem ta’ investigazzjonijiet mill- Iskwadra tal-iStolen Vehicle Squad u mill-Pulizija tad-Distrett wasslu sabiex jinkiser ċirku ta’ kriminalità organizzata fejn ġew solvuti diversi każijiet ta’ serq ta’ karozzi u għoddod minn ġewwa vetturi f’ diversi lokalitajiet madwar Malta.
Il-Pulizija mistennija tressaq raġel il-Qorti, akkużat b’diversi reati. Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet diġà tressqu żewġ persuni oħra in-konnessjoni ma’ dan is-serq.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.