Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex tinstab Mary Muscat, mara bil-kundizzjoni tad-dimensja, li nhar it-18 ta’ April 2019 ġie irrappurtata nieqsa. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Muscat dehret l-aħħar fis-17 ta’ April tard bil-lejl.
Kull min għandu xi nformazzjoni dwar Mary Muscat, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq 21224001 jew 119.
L-informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija wkoll fl-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra.