Fuq ordni ta’ Maġistrat, il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstabu ħames persuni sabiex jidhru quddiem il-Qorti.
L-ismijiet ta’ dawk imfittxija huma Andres Felipe Quimbaya Nieto, Spanjol ta’ 23 sena, Emmi Amanda Kumpulainen, Finlandiża ta’ 21 sena, Habte Mariam Tsegethans, Eritrean ta’ 31 sena, Emanuele Rebora, Taljan ta’ 36 sena u Ibrahim Yassine, Libjan ta’ 40 sena.
Kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni dwar dawn il-persuni huwa mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 21224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.