Fl-aħħar sigħat il-Pulizija ta’ Malta talbet lill-Pulizija Taljana għad-dokumenti uffiċjali li ssemmew ilbieraħ fuq mezzi tax-xandir lokali u Taljani relatati mal-każ ‘Dirty Oil’.
Il-Pulizija se tkun qed tinvestiga dawn id-dokumenti bħala parti minn xogħolha fl-indaġini li qed isiru fuq dan il-każ ukoll b’kuntatt dirett mal-Pulizija Taljana.