Ir-raġel arrestat b’ rabta mal-qtil ta’ żewġ ċikonji oħra fil-Magħtab, ingħata l-ħelsien mill-arrest.Dan hekk kif il-Pulizija se tkun qed tistenna l-eżitu ta’ diversi testijiet li saru fl-aħħar sigħat, fejn ittieħdu kampjuni ta’ partiċelli minn fuq l-akkużat, l-arma li allegatament intużat, u ċ-ċomb li nstab fuq it-tajr imsejjaħ Gun Shot Residue.
Spejagaw dan sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-Pulziija, li qalu li kemm dam arrestat l-allegat suspettat m’ammettiex għall-qtil taċ-ċikonji, u l-Pulizija ma kellhiex prova ċara u b’ saħħitha biex tressqu.
Għalhekk issa se jkun l-eżitu ta’ dawn it-testijiet li jiddetermina jekk is-suspettat kienx ir-raġel li qatel dawn iċ-ċikonji.
Jekk dawn it-testijiet jirriżultaw fil-pożittiv wara li ttieħdu barra minn xtutna, li jistgħu jieħdu anke sa xhur, il-Pulizija mbagħad tressqu l-qorti u tixlih b’ dan ir-reat.