Il-Pulizija ta’ Franza għadhom kif għamlu użu minn gass tad-dmugħ u kif ukoll kanuni tal-ilma sabiex iferrqu eluf kbar ta’ dimostranti li ħarġu fit-toroq jipprotestaw kontra ż-żieda fil-prezz tal-fjuwil. Dan hu t-tieni tmiem il-ġimgħa li l-istess dimostranti ħarġu jipprotestaw bl-argumenti jibdew f’Champs Elysees minkejja s-sigurtà mill-Pulizija f’żoni sensittivi fiċ-ċentru tal-belt.
Minn tal-inqas 280,000 dimostrant ħadu sehem f’dawn il-protesti li saru f’madwar 2,000 post fi Franza.