Il-Pulizija qed tinvestiga serqa mill-każin tal-Partit Nazzjonalista, Birkirkara.
Dalgħodu numru ta’ pulizija quddiem l-istess każin ġibdu l-għajn ta’ kull min kien għaddej b’kelliem għall-korp tal-Pulizija jikkonferma li kien hemm serqa.
Fil-fatt, persuni li tkellmu ma’ one.com.mt qalu li deher kexxun mixħut fl-art minn fejn x’aktarx insterqu xi flus.