Sorsi qrib One News qalulna li dik li kienet irrapurtata bħala bomba ma kienet xejn għajr ġugarell li waqa’ lill-żewġt itfal taħt karozza.
Jidher li xi nies raw raġel idur ma’ karozza pparkjata f’Birkirkara u dawl aħdar jixel taħta. Huma għamlu rapport lill-Pulizija hekk kif ħasbu li din kienet bomba.
Iżda r-rapport irriżula fin-negattiv, hekk kif taħt il-karozza instab biss il-ġugarell jixgħel dawl aħdar.
Fuq il-post issejħu membri mit-taqsima tal-isplussivi fi ħdan il-Forzi ta’ Armati ta’ Malta li mill-investigazzjonijiet li għamlu rriżulta li mal-karozza ma kien hemm l-ebda splussiv.