B’rabta ma’ rapporti dwar allegat każ ta’ abbuż fir-residenza tal-anzjani fl-Imtarfa, is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva rrimarka li qed issir investigazzjoni mill-Pulizija wara li l-amministrazzjoni tal-istess residenza għamlet rapport.
Id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qiegħed jieħu dan l-każ b’serjetà kbira billi jagħti l-appoġġ neċessarju lill-allegat vittma u jibqa’ jsegwi mill-qrib kull żvilupp.
Is-Segretarjat Parlamentari ma jaċċetta ebda tip ta’ abbuż u se jara li jkun hemm koperazzjoni sħiħa mal-investigazzjoni tal-Pulizija.