Il-Pulizija qed tinvestiga mewta ta’ raġel barrani li kien qiegħed waqt party f’farmhouse fl-Għarb.
Il-party, li allegatament kien miżgħud bid-droga, seħħ fil-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fi Triq Santu Pietru
Rapporti qed jgħidu kif il-Pulizija ġiet informata li kien hemm raġel mitluf minn sensih fejn intalbet l-assistenza medika. Kif l-awtoritajiet waslu fuq il-post sabu numru ta’ nies barranin li allegatament kienu taħt l-effett tad-droga.
L-istess rapporti qalu kif intsabet droga li hija ġdida fis-suq Malti.
Il-pulizija qed tkellem numru ta’ persuni dwar dan.
Il-vittma ttieħed l-isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza iżda ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.