- TIDĦOLX FL-ARTIKLU JEKK TIMPRESSJONA RUĦEK
Il-Pulizija qed tinvestiga każ li jinvolvi żewġt irġiel ta’ nazzjonalità barranija li allegatament qalgħu xebgħa minn għadd ta’ bouncers barra stabbiliment f’Paceville.
Il-Pulizija kkonfermat li kien għal ħabta tas-7:00 ta’ dalgħodu li daħħlilha rapport fejn raġel mis-Sirja u ieħor mill-Ġordan ma tħallewx jidħlu fi stabbiliment. Il-vittmi allegaw li ftit tal-ħin wara li ma tħallewx jidħlu fl-istabbiliment qabżu fuqhom numru ta’ bouncers li bdew ituwhom bl-amment.
Il-Pulizija sostniet li għalissa għadu ħadd ma ġie arrestat iżda l-investigazzjonijiet għaddejin fuq dan il-każ. Intant ħu wieħed mill-vittmi tkellem ma’ one.com.mt fejn spjega kif ħuh u l-vittma l-ieħor spiċċaw imbiċċra u sofrew diversi ksur f’ġisimhom.
Sostna li dawn instabu mal-art mitlufa minn sensihom u bħalissa jinsabu l-isptar jirċievu l-kura hekk kif wieħed minnhom indarab gravi.