Fi stqarrija l-pulizija qalet li r-rapport tal-bieraħ f’The Sunday Times dwar li l-pulizija qed tistenna l-approvazzjoni tal-Prim Ministru biex toħroġ informazzjoni mill-mobile tal-Kap tad-dipartiment tat-taxxa, jinkludi asserzjonijiet li mhumiex korretti.
B’rabta ma’ investigazzjoni li qed titmexxa mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji, il-Korp tal-Pulizija saħaq li mhuwiex minnu li l-pulizija teħtieġ xi awtorizzazzjoni mill-Prim Ministru biex tikseb jew tanalizza mobile u apparat teknoloġiku ieħor.
Il-pulizija qalet li l-investigazzjoni li saret referenza għaliha mit-Times ilha miexja bla tfixkil, anke bis-sehem ta’ Maġistrat inkwirenti.
Il-Korp qal li talbiet li saru skont il-liġijiet tat-taxxa m’għandhomx x’jaqsmu ma’ dak indikat f’partijiet tar- rapport imsemmi.