Il-Pulizija qalet li matul l-aħħar snin, Chantelle Chetcuti kienet għamlet rapport wieħed biss lill-Pulizija dwar vjolenza domestika fil-konfront ta’ Justin Borg.
Dan il-każ imur lura għal Frar tal-2013, u l-Pulizija kienu ħarġu l-akkużi dwar vjolenza domestika fil-konfront ta’ Borg. Il-proċedimenti tal-każ kienu eventwalment ġew eżawriti waqt is-seduta tal-Qorti tal-Familja tat-3 ta’ Ġunju, 2013.
Il-Korp tal-Pulizija saħaq li l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika kienet, għadha u tibqa’ prijorità għall-Korp tal-Pulizija.
Il-Pulizija qalet dan fi stqarrija wara li Chetcuti ġiet maqtula nhar il-Ħadd li għadda barra każin f’Ħaż-Żabbar. B’rabta ma’ dan il-każ illum tressaq il-Qorti, Justin Borg li kien akkużat bil-qtil ta’ Chetcuti. L-akkużat baqa’ jinżamm arrestat għaliex ċaħad l-akkużi li kienu miġjuba kontrih.
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/02/04/aggornat-borg-jinzamm-arrestat-wara-li-wiegeb-mhux-hati-li-qatel-lil-chantelle/
http://www.one.com.mt/2020/02/03/tmut-l-omm-li-qalghet-hames-daqqiet-ta-sikkina-fhaz-zabbar/