Iktar minn ħamest elef Ingliż li ġejjin Malta għal-logħba bejn Malta u l-Ingilterra fl-ewwel ta’ Settembru kienu skrutinizzati mill-pulizija Maltija, li għal din il-logħoba qed tħejji b’serjetà kbira.
Tant li kkolaborat mal-pulizija Ingliża li wkoll kellha sehem f’dan il-proċess.
Tkellimna mal-ispettur Robert Vella li għal dawn l-aħħar ġimgħat kienet fdata lilu l-biċċa ugigħ ta’ ras li jkun assigurat li f’dak il-jum tant mistenni mid-dilettanti tal-futbol kollox jimxi ħarir mil-lat ta’ sigurtà.