F’Ħadd ieħor impenjattiv fit-toroq Maltin, il-Pulizija flimkien ma’ uffiċjali mis-Sezzjoni tal-Infurzar ta’ Transport Malta, tmenin sewwieq tħarrku fuq sewqan b’veloċità eċċessiva.
F’kontrolli li saru fil-Mellieħa u fi Triq il-Kosta, il-Pulizija qalet li l-ogħla veloċita li kienet reġistrata kienet dik ta’ mija 43 kilometru fis-siegħa fi Triq il-Kosta. Tliet vetturi oħra nstabu li qabżu l-mitt kilometru fis-siegħa f’din it-triq.
Fil-Mellieħa karozza inqabdet issuq b’veloċità ta’ 132 kilometru fis-siegħa, iktar mid-doppju tal-limitu ta’ sittin kilometru fis-siegħa.
Inħarġu wkoll għaxar multi oħra minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku li jinkludu sewqan mingħajr ċintorin tas-sigurtà, vetturi bi ħġieġ tinted, vetturi mingħajr numru tar-reġistrazzjoni, vetturi bin-numru tar-reġistrazzjoni mhux imwaħħla tajjeb u ħruġ ta’ duħħan eċċessiv.