Numru ta’ nies ħarġu bil-karozzi tagħhom ipaqpqu l-ħorn fit-toroq prinċipali tal-Ħamrun, fosthom Strada Rjali, wara li t-tim ta’ Ħamrun Spartans għeleb lil Hibernians, f’logħba tal-Kampjonat Premier tal-futbol Malti.
Fuq il-post kien hemm preżenza tal-pulizija li kompliet tiżdied biex ikun assigurat li kulħadd qed josserva l-miżuri tal-awtoritajiet tas-saħħa b’rabta mal-imxija.
Xi nies baqgħu fil-karozzi jiċċelebraw ir-rebħa importanti għat-tim tal-Ħamrun iżda kien hemm min inġabar fi gruppi u ma żammx id-distanza soċjali u bdiet tintervjeni l-pulizija.
Fil-Ħamrun ma deherx li kien hemm xi stabbilimenti tax-xorb miftuħa.
It-tim ta’ Ħamrun Spartans issa jinsab b’ħames punti vantaġġ fil-klassifika kontra l-isfidanti l-oħra għar-rebħ tal-kampjonat.
Il-partitarji tal-Ħamrun Spartans għandhom ħerqa kbira jistennew is-suċċess mixtieq mit-tim tagħhom wara numru ta’ snin.
It-tim tal-Ħamrun għeleb lil dak ta’ Raħal Ġdid, b’gowl minn penalty fl-aħħar ftit minuti tal-logħba.