Il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri fuq il-profil tiegħu qal li kkomunika mal-Pulizija sabiex jieħdu azzjoni f’Raħal Ġdid ħabba ġemgħa ta’ nies li kien hemm quddiem il-BOV.
Il-Ministru Camilleri qal li issa hemm il-barrikati li qed jigwidaw il-kju.
Il-Ministru appella sabiex “b’daqxejn attenzjoni nieħdu ħsieb xulxin aħjar.”