Dalgħodu l-Pulizija assistiet żgħażugħ li qatta’ lejl rieqed fuq xifer ta’ binja li għadha qed tinbena fis-Swieqi b’fond ta’ tlett sulari.
Il-filmat imxandar fuq Times of Malta juri l-uffiċjal tal-Pulizija li ssejjaħ fuq il-post wara li xi ġirien raw lir-raġel rieqed fis-sit ta’ kostruzzjoni.
Jidher li l-uniku mod li bih ir-raġel seta’ jidħol f’dan il-post huwa billi jaqbeż iċ-ċint li jdawwar is-sit.
Huwa mifhmum li ż-żgħażugħ huwa turist.