Raġel mill-Maċedonja ta’ Fuq, ta’ 44 sena, ġie arrestat mill-Pulizija Maltija permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew, maħruġ fuq talba tal-Awtoritajiet Slovakki.
Ir-raġel kien imfittex sabiex jgħaddi proċeduri kriminali dwar serq bl-armi u kriminalità organizzata.
Intant illum, għall-ħabta tal-ħdax ir-raġel se jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace.
Il-Prosekuzzjoni ser titmexxa mill-Ispettur Mark Galea, mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali.