Il-Pulizija mill-Iskwadra tal-Omiċidji qed tkellem Serb b’rabta ma’ omiċidju li seħħ fit-15 ta’ Jannar tal-2018.
Huwa qed jiġi meqjus bħala persuna t’interess f’dan il-każ li sa issa għadu ma kienx solvut.
Il-vittma f’dan il-każ kien Walid Salah Abdel Motaleb Mohamed, Eġizzjan ta’ 42 sena.
Il-vittma kellu żewġ itfal u kien miżżewweġ Għawdxija.
Il-vittma kien daħal il-ħabs wara każ ta’ vjolenza domestika.
Huwa kien instab bla ħajja kawża ta’ żewġ tiri ġewwa kamra qrib il-kappella ta’ San Dimitri fl-Għarb.
Dakinhar il-Pulizija bdiet timxi fuq it-teżi li r-raġel seta’ nqatel b’rabta ma’ argument relatat mat-traffikar tad-droga.
Is-Serb bħalissa qed jinżamm mill-Pulizija u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.