F’inqas minn 48 siegħa, il-Pulizija arrestat numru ta’ persuni b’rabta mas-serqa ta’ droga minn kontejner fil-barracks tal-Armata f’Ħal Safi.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, f’kummenti mal-ġurnalisti.
Il-Pulizija ġiet informata b’dan il-każ il-Ħadd li għadda għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu, meta kien hemm sgass ma’ dan il-kontejner, li kien proprjetà tal-Qorti u kien qed jinżamm f’dan il-barracks.
Mal-ġurnalisti, il-Ministru Byron Camilleri sostna li aktar kmieni llum, hu ġie informat b’dawn l-arresti.
Il-Ministru Camilleri qal li ġiet elevata parti mid-droga misruqa f’dan il-każ.
It-Times irrapportat li ġew arrestati sitt persuni.
Il-Ministru Camilleri qal li fis-sigħat li ġejjin, il-Pulizija se tagħti aktar aġġornamenti dwar dawn l-arresti.