Ingliż maħrub f’pajjiżna ġie traċċat u arrestat f’Għawdex.
Ir-raġel ta’ 55 sena b’mandat Ewropew ta’ Arrest ġie arrestat wara ġranet ta’ investigazzjonijiet mill-Criminal Intelligence Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
Uħud mill-irwoli tal-Criminal Intelligence Unit huwa li jiġu traċċati arrestati persuni maħruba.
Intant filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin, l-Ingliż mistenni jitressaq il-Qorti fit-48 siegħa li ġejjin.