Alessi Diomiro – Taljan ta’ 33 sena – se jiġi deportat lejn pajjiżu
Dan wara li fil-Qorti ta l-kunsens tiegħu sabiex jiġi estradit lejn l-Italja sabiex b’hekk jibda jinstema’ l-każ b’rabta ma’ akkużi relatati ma’ assoċjazzjoni ma’ organizazzjoni kriminali fost oħrajn. Liema reati jistgħu iwaħluħ piena ta’ 7 snin priġunerija.
It-Taljan tressaq il-Qorti wara li fis-6 ta’ Marzu li għadda il-Qorti ta’ Palermo ħarġet Mandat ta’ Arrest Ewropew minħabba l-imsemmija reati. Dan hekk kif kien irnexxielu jiżgiċċa l-arrest tal-awtoritajiet Taljani.
Dwar dan, il-midja Taljana rrapurtat kif b’rabta ma’ dan il-każ il-pulizija Taljana arrestat madwar 30 persuna oħra fuq akkużi ta’ użu ta’ aġir mafjuż, l-użu ta’ flus miġjuba b’mod illeċitu, theddid u vjolenza fost oħrajn.