Fl-aħħar jiem, il-Pulizija arrestat tnejn u tletin persuna li kienu qed jaħdmu jew jgħixu f’Malta b’mod irregolari.
Dan intqal fi stqarrija mill-Pulizija, fejn intqal li wieħed u għoxrin persuna minnhom ġew arrestati f’San Pawl il-Baħar u l-Qawra.
Dawn il-persuni ttieħdu kollha f’ċentru ta’ detenzjoni u nżammu hemm sakemm ikunu ritornati fil-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew f’pajjiż fejn għandhom permess jgħixu fih.
F’din l-istqarrija ntqal li x-xogħol f’dan il-qasam isir b’mod kordinat mill-Pulizija, flimkien mal-entitajiet l-oħra tal-immigrazzjoni, kif ukoll tax-xogħol u anki mal-Aġenzija għas-Servizzi tad-Detenzjoni.