Raġel ta’ 47 sena ġie arrestat mill-Pulizija fuq suspett ta’ diversi serqiet minn stabbilimenti u lukandi fl-inħawi tal-Gżira, Tas-Sliema, u l-Ħamrun.
Il-Pulizija qalet li dan sar wara diversi ġimgħat ta’ ħidma u osservazzjoni mill-Pulizija tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali u mill-Pulizija tad-Distrett ta’ tas-Sliema.
L-investigazzjonijiet kienu ta’ suċċess u r-raġel se jitressaq il-Qorti llum, quddiem il-Magistrat Gabriella Vella.