Fl-aħħar ġimgħat, il-CABS għaddew informazzjoni lill-Pulizija, li waslet għall-qabda ta’ 27 mansab illegali.
Dan intqal fi stqarrija mill-istess CABS, fejn qalu li 24 persuna ġew identifikati bħala suspettati u se jkunu qed jitressqu l-Qorti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Skont il-CABS intqal li l-aktar postijiet fejn instabu dawn in-nases illegali kienu fil-Fawwara, Ħad Dingli, u fiż-Żurrieq, filwaqt li f’Għawdex hemm is-Sannat u l-Qala, b’każ partikolari kien quddiem il-Bażilika tal-Madonna Ta’ Pinu fl-Għarb.