Il-Pulizija qed terġa’ tappella lill-pubbliku għal kull għajnuna li tista’ tingħata sabiex jinstab Juan Carlos Giulio Abela, li għadu qiegħed jiġi mfittex b’rabta ma’ investigazzjoni li tinsab għaddejja.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 19/2023.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI