Il-Pulizija qed tappella lill-pubbliku biex mill-ġdid joqgħod attent minn scams li qed isiru permezz ta’ telefonati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawn it-telefonati qarrieqa qed isiru b’numri ‘lokali’ (spoofed) fosthom ta’ uffiċini tal-Pulizija jew banek lokali u min qed iċempel qed jitlob dettalji personali u/jew dettalji bankarji.
L-appell tal-Pulizija huwa f’każ li wieħed jirċievi dawn it-telefonati biex ma jagħti l-ebda dettalji personali u jekk jiġi f’dubju jikkuntattja dirett lill-entità permezz tan-numri uffiċjali.
Il-Korp tal-Pulizija qed jerġa’ jitlob l-għajnuna tal-mezzi tax-xandir sabiex inwasslu l-appell tagħna biex ma jkunx hemm aktar vittmi ta’ dawn l-iscams.