F’dawn l-aħħar jiem, il-Pulizija ġiet infurmata li l-pubbliku qiegħed jirċievi emails b’messaġġi qarrieqa u għalhekk qiegħda tappella għal aktar attenzjoni.
Dawn l-emails qarrieqa, jikkonsistu minn messaġġ bil-Malti fejn qiegħed jingħad li bdiet investigazzjoni fuq min qiegħed jirċievi l-imejl wara li sar ilment fuqu u qiegħed ikun mitlub jagħmel kuntatt ma’ uffiċjal li tissejjaħ “Brigata għall-Ħarsien tal-Minuri fi ħdan l-Interpol”.
L-emails tikkonsisti ukoll minn anness bl-Ingliż fejn min ikun qiegħed jirċievi l-email qed ikun infurmat li qiegħed jiġi investiga fuq numru ta’ fatturi fosthom: pornografija, pedofilja, ħtif ta’ minuri u aktar akkużi.
Il-pulizija qalet ukoll li l-email hija scam kollha kemm hi u tappella sabiex jinxtered il-messaġġ kull min jirċeviha, jinjorha.