Il-Pulizija tappella għal aktar attenzjoni hekk kif fl-aħħar jiem żdiedu r-rapporti ta’ persuni li waqgħu fin-nasba ta’ messaġġi qarrieqa.
Fl-aħħar 4 t’jiem, ġew irrapurtati madwar 13-il każ kuljum, min-nies li spiċċaw vittmi ta’ messaġġi qarrieqa. Dawn il-messaġġi, taparsi f’isem il-MaltaPost qed jammontaw għal serq ta’ mijiet ta’ ewro minn kull vittma.
Il-vittmi qed jirċievu messaġġ li jridu jħallsu miżata żgħira sabiex jirċievu pakkett li jinsab għand l-operatur postali, permezz ta’ ħolqa.
Permezz ta’ din il-ħolqa, il-vittmi qed jiġu ppreżentati b’sit elettroniku falz fejn jintalbu jdaħħlu d-dettalji bankarji tagħhom, bil-frodisti, minnufih jieħdu ammont ferm akbar, li jammonta anke għall-mijiet ta’ ewro.
Il-Pulizija appellat biex dawn il-messaġġi jiġu injorati u mħassra.