Il-Pulizija Taljana arrestat Taljan b’rabta mal-qtil tal-bejjiegħ Niġerjan nhar il-Ġimgħa li għadda. Il-vittma miet wara li l-aggressur sawtu brutalment.
Filmati tal-aggressjoni li xxandru fuq il-mezzi soċjali qajmu rabja kbira fil-mument li l-Italja tinsab f’kampanja elettorali.
Il-koalizzjoni tal-lemin, fil-fatt, diġà tkelmet dwar il-kwistjoni tal-imigrazzjoni. Il-mexxej tal-lemin, Matteo Salvini qal li jrid li s-sigurtà tkun għal kulħadd, irrelevanti mill-kulur tal-ġilda. Huwa rrimarka dwar dan waqt li esprima r-rabja tiegħu għal dak li ġara.
Intant, l-Eks Pirm Ministru u l-kap tal-Partit Demokariku Enrico Letta, li wkoll qed jikkontesta din l-elezzjoni, qal li l-ebda skuża m’għandha tiġġustifika l-qtil ta’ persuna għax sempliċiment tkun differenti.