Bħala parti minn kampanja li tnediet mill-Pulizija tal-Komunità, qed jinħoloq aktar għarfien biex wieħed ma jħallix il-basktijiet li jieħu miegħu meta jmur jgħum, waħidhom.
Bħala parti mill-kampanja, numru ta’ Pulizija tal-Komunità daru bajjiet u bdew jgħalqu ż-żippijiet ta’ basktijiet li tħallew miftuħa fejn anke tweħħlet karta bħala avviż dwar il-perikli.
F’messaġġ fuq Facebook, il-Korp tal-Pulizija spjega kif kienu bosta persuni li ħallew il-basktijiet miftuħin u waħidhom fuq il-bajjiet, b’affrijiet ta’ valur fihom.
Spjega kif it-tag mal-baskett tweħħlet biex tbiegħed persuni li kellhom xi ħsieb li jisirqu u kif ukoll biex tinħoloq aktar għarfien.