Il-Pulizija fetħet mill-ġdid investigazzjoni li tmur lura għal qtil li seħħ fl-2014, dan wara koperazzjoni minn Vince Muscat magħruf ukoll bħala l-Koħħu, l-istess persuna li ftit tal-jiem ilu ammetta għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fit-Times intqal kif sorsi qrib l-investigazzjoni, identifikat lis-suspettat ewlieni fil-qtil ta’ Jonathan Pace ta’ 31 sena miż-Żejtun, li kien magħruf ukoll bħala tat-Tyson Butcher.
Spjegaw kif din ir-rivelazzjoni x’aktarx ħarġet wara li Muscat beda jikkopera mal-Pulizija dwar numru ta’ każijiet li jmorru lura s-snin.
Pace kien inqatel b’ħames tiri minn bejn ħmistax u għoxrin tir li ġie sparat lejh minn karozza waqt li kien fil-gallarija tar-residenza tiegħu fil-Fgura.
Il-Pulizija qalu lill-gazzetta li l-każ kien ilu ma jinfetaħ għal diversi snin, u li issa l-każ reġa’ infetaħ fejn intqal kif sar “progress pożittiv.”
Il-Koħħu ngħata l-maħfra Presidenzjali fuq il-qtil tal-Avukat Carmel Chircop.
Fuq dan l-omiċidju ta’ sitt snin ilu, tressqu n-nies l-Qorti l-ġimgħa l-oħra.