Minn tal-anqas 15-il persuna ndarbu wara li grupp ta’ persuni daħlu f’monasteru fi Vjenna, l-Awstrija, u serqu xi oġġetti prezzjużi.
L-atakk seħħ fuq il-Knisja ta’ Marija Immakulata fi Vjenna għall-ħabta tas-13:30 l-Ħamis. Jidher li dan dam għaddej sigħat sħaħ qabel mal-Pulizija ntervjenu fil-każ u sabu lil numru ta’ patrijiet marbuta ma’ siġġijiet u midruba.
Dawn ittieħdu l-isptar għall-kura, filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ. Għadu mhux magħruf jekk hemmx xi persuni arrestati.